Peppa Pig Bil-Malti Ġejja Shoreline!

Lestu għal nofs ta’ nhar speċjali mimli gost u divertiment għat-tfal u l-familja kollha!

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, mill-10:30am sa 12:30pm, Peppa Pig Bil-Malti se tkun Shoreline Mall biex flimkien niċċelebraw it-Tielet Staġun ta’ Peppa Pig Bil-Malti.

U l-aħjar parti? L-avveniment huwa B’XEJN u m’hemmx bżonn booking!

X’se jkun hemm?

It-tfal u l-familji jistgħu jgawdu minn diversi attivitajiet:

Iltaqgħu ma’ Peppa Pig

Peppa se tkun magħna Shoreline! It-tfal se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu magħha u jieħdu ritratt magħha bħala tifkira speċjali.

Araw Peppa Pig Bil-Malti fuq il-big screen

Poġġu bilqiegħda mal-familja u gawdu episodji ta’ Peppa Pig Bil-Malti fuq il-big screen tagħna fl-Atrium.

Iltaqgħu mal-vuċijiet wara l-karattri

Se jkollkom ukoll l-opportunità tiltaqgħu mal-vuċijiet wara wħud mill-karattri favoriti tagħkom ta’ Peppa Pig Bil-Malti.

Face Painting

It-tfal jistgħu jingħaqdu fil-gost b’face painting matul l-avveniment.

Ritratti ma’ Peppa

Ġibu l-kamera lesta! Se jkun hemm opportunità biex it-tfal jieħdu ritratt ma’ Peppa Pig.

Rigal għall-Ewwel 100 Persuna!

Hemm raġuni oħra għaliex ta’ min tiġu kmieni!

L-ewwel 100 persuna li jaslu għall-avveniment se jirċievu rigal speċjali.

U se jkun hemm sorpriża wkoll, uħud mir-rigali se jkollhom premjijiet speċjali ġewwa, grazzi għall-kollaborazzjoni u l-appoġġ tal-ħwienet tagħna.

Min jaf x’se ssibu fir-rigal tagħkom!

Id-Dettalji

📅 Il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2026

⏰ 10:30am – 12:30pm

📍 Shoreline

🎟️ Dħul B’XEJN

🚗 Parking taħt l-art B’XEJN

Narawkom Shoreline!