Peppa Pig Bil-Malti Ġejja Shoreline!
Lestu għal nofs ta’ nhar speċjali mimli gost u divertiment għat-tfal u l-familja kollha!
Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, mill-10:30am sa 12:30pm, Peppa Pig Bil-Malti se tkun Shoreline Mall biex flimkien niċċelebraw it-Tielet Staġun ta’ Peppa Pig Bil-Malti.
U l-aħjar parti? L-avveniment huwa B’XEJN u m’hemmx bżonn booking!
X’se jkun hemm?
It-tfal u l-familji jistgħu jgawdu minn diversi attivitajiet:
Iltaqgħu ma’ Peppa Pig
Peppa se tkun magħna Shoreline! It-tfal se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu magħha u jieħdu ritratt magħha bħala tifkira speċjali.
Araw Peppa Pig Bil-Malti fuq il-big screen
Poġġu bilqiegħda mal-familja u gawdu episodji ta’ Peppa Pig Bil-Malti fuq il-big screen tagħna.
Iltaqgħu mal-vuċijiet wara l-karattri
Se jkollkom ukoll l-opportunità tiltaqgħu mal-vuċijiet wara wħud mill-karattri favoriti tagħkom ta’ Peppa Pig Bil-Malti.
Face Painting
It-tfal jistgħu wkoll jagħmlu face painting matul l-avveniment.
Ritratti ma’ Peppa
Ġibu l-kamera lesta! Se jkun hemm opportunità biex it-tfal jieħdu ritratt ma’ Peppa Pig.
Id-Dettalji
📅 Il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2026
⏰ 10:30am – 12:30pm
📍 Shoreline
🎟️ Dħul B’XEJN
🚗 Parking taħt B’XEJN
Narawkom Shoreline!





